Ajruplan tal-passiġġieri li kien qed iġorr sitta u sittin persuna ġġarraf f’Mount Dena, żona muntanjuża fiċ-ċentru tal-Iran.
Kelliem għall-Aseman Airlines ikkonferma li ħadd mis-66 persuna abbord l-ajruplan ma salva.
L-ajruplan waqa fil-muntanji Zagros viċin il-belt Semirom fil-provinċja Isfahan, waqt li kien qed jivjaġġa bejn Tehran u Yasuj.
It-temp ħażin ċaħħad ħelikopter tal-emerġenza milli jasal fuq il-post.
L-ajruplan, li huwa tat-tip ATR 72-500, kien operat minn Aseman Airlines.