Matul il-jum tat-Tnejn, 65 persuna ngħataw multa ta’ €100 wara li nqabdu fi gruppi ta’ ħames persuni jew aktar. Mil-lum, daħal fis-seħħ l-avviż legali li jgħid li kull min jinqabad f’ġemgħat t’aktar minn erba’ persuni jingħataw multa ta’ €100 kull persuna.
Dawn il-maskri ngħataw waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers qed jagħmlu sabiex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat f’postijiet pubbliċi.
Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-305 spezzjonijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa.