Minn tal-inqas 65 passiġġier mietu u 30 persuna oħra midruba meta ferrovija ħadet in-nar. Il-ferrovija kienet fi triq mill-belt Pakistana ta’ Karachi lejn Rawalpindi. In-numru ta’ persuni mejta jista’ jiżdied. Qed jiġi rrapurtat li ħafna mill-vittmi, mietu waqt li ppruvaw jaqbżu mill-ferrovija. L-inċident seħħ viċin ir-raħal ta’ Rahim Yar Khan fin-nofsinhar tal-provinċja ta’ Punjab.
Il-Ministru responsabbli mill-ferrovija, Sheikh Rashid Ahmed qal li n-nar kien ikkawżat minn splużjoni ta’ ċilindru tal-gass li kien qed jintuża minn xi passiġġieri li kienu qed isajru l-kolazzjon. Il-Ministru kompla jgħid li hija problema komuni fejn passiġġiera li jkunu qed jivjaġġaw f’din ir-rotta, vjaġġ li jieħu 25 siegħa u nofs, jieħdu magħhom appart tat-tisjir.