Il-Pulizija Spanjola arrestat 65 persuna wara li kienu qed ibiegħu laħam taż-żiemel li ma kienx fi stat tajjeb biex jiġu kkunsmat. Il-Europol qalet fi stqarrija li li l-laħam li kien qed jinbiegħ kien ġej minn żwiemel li ma kienux fi stat tajjeb fost oħrajn minħabba l-età tagħhom.
Il-Pulizija Spanjola, f’koordinazzjoni mal-Europol u l-aġenzija tal-pulizija Ewropea, akkużat lill-individwi b’numru ta’ reati fost oħrajn b’abbuż fuq annimali, falsifikazzjoni ta ‘dokumenti, li poġġew theddida fuq is-saħħa pubblika, ħasil ta’ flus u li jagħmlu parti minn organizzazzjoni kriminali.
Din l-investigazzjoni hija relatata ma’ skandlu tal-2013, li ħareġ fil-beraħ wara li l-Awtorità għas-Sigurtà tal-ikel fl-Irlanda sabet li għaxar hamburgers minn 27 li ġew analizzati kienu magħmula ukoll minn laħam taż-żiemel. Dan minkejja li t-tabella ta’ dan il-prodott kienet tgħid li kienu magħmula 100% miċ-ċanga.
Kampjun wieħed ta’ dawn il-hamburgers, kien jinkludi 29% laħam taż-żiemel.