Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes dalgħodu żar is-sit propost f’Bormla għal proġett għall-akkomodazzjoni soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-
Is-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli qalet li l-komunità hija ferħana li se jsir dan il-proġett li se jagħmel titjieb f’ħajjet in-nies. Saħqet li bħalissa hemm bini abbandunat u fih ikun hemm lok ta’ abbuzz.
Għaldaqstant bil-proġett se jkun hemm lok ta’ tisbiħ fiż-żona. It-twaqiegh tal-bini abbandunat ser isir sal-aħħar ta’ din is-sena.
B’kollox se jkun hemm 65 appartament u mal-115 spazju ta’ parkeġġ. Il-proġett tal-akkomodazzjoni soċjali se jkun imzewwaq bi spazju pubbliku u se jkun hemm facilitajiet ta’ ċentru għaż-żgħażagħ u għall-ħarsien tat-tfal.
Il-progett imiss ma’ erba’ toroq fosthom Triq l-Irlandizi, t-triq li twieled fiha l-ex Prim Ministru Dom Mintoff.