In-numru ta’ persuni li kienu impjegati fuq bażi part time fl-aħħar ta’ Ġunju 2016 kien 60,394 persuna.
Meta kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentarital-membru parlamemtari Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru Evarist Bartolo qal li minn dawn, 36,155 persuna kellhom impjieg part time bħala dak prinċipali u 24,239 persuna li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Meta rrifera għall-persuni reġistrati li laħqu l-età tal-pensjoni li qed jaħdmu part-time sal-aħħar tas-sena, il-Ministru qal li kien hemm 6,496 persuna li laħqu l-età tal-pensjoni u li kellhom impjieg part time.
Minn dawn kien hemm 5,917-il persuna li kellha impjieg part time bħala wieħed prinċipali u 579 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Għal mistoqsija oħra, il-Ministru Bartolo qal li fl-aħħar ta’ Ġunju 2016, in-numru ta’ nisa li kienu impjegati fuq bażi part-time kien ta’ 28,968.
Minn dawn kien hemm 21,041 mara li kellha impjieg part time bħala xogħol prinċipali u 7,927 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.