6,446 persuna rċevew pagament ta’ benefiċċji li qed jingħataw mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali lill-persuni milquta mill-pandemija.
Tħallsu ukoll ħames mija wieħed u tmenin elf, erba mija u erbgħa u għoxrin ewro f’kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, biex b’hekk l-ispiża totali issa telgħet għal kważi sitt miljun ewro.
Dawn id-dettalji tahom l-Ministru Michael Falzon bħala parti mill-ħames proċess ta’ ħlasijiet ta’ benefiċċji, li qed jingħataw lil persuni milquta mill-pandemija.
Sa issa daħlu disat elef ħamsa u disgħin applikazzjoni u ġew maħduma kważi sebgħa u disgħin fil-mija tal-applikazzjonijiet.
Fost dawk li tħallsu hemm ħamest elef erba’ mija erbgħa u ħamsin persuna li jew rċevew il-benefiċċju tal-ġenituri li waqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom, jew dak mediku jew tad-diżabilità waqt li żammew l-impjieg.
165 persuna waqfu l-benefiċċju u rritornaw għax-xogħol.
Dawk li ħadu l-benefiċċju sa issa ħadu medja ta’ €900 f’għajnuna kull wieħed.
Kważi ħamsa u tmenin fil-mija ta’ dawk li ibbenefikaw huma Maltin.
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Mark Musù tkellem dwar il-ħidma li qed issir sabiex l-flus jaslu għand min hu fil-bżonn.
Huwa spjega: “L-applikazzjonijiet li fadal jinħadmu se jkomplu jinħadmu fil-jiem li ġejjien. Jekk japplikaw aktar persuni nħallsuhom ukoll.”
Intant, il-Fondazzjoni għas-servizzi tal-Ħarsien Soċjali sa issa qassmet għaxart elef kaxxi bi prodotti esssenzjali lil familji vulnerabbli fi djarhom.
Il-Ministru Michael Falzon tenna l-impenn tal-Gvern sabiex ikompli jgħin aktar familji.
Hu sostna: “L-għan li huwa li ngħinu li nies hemm barra. Qegħdin nitkellmu u nkomplu ngħinu fil-ġimgħa tal-ewwel ta’ Mejju sinifikanti magħna.”