Kienu 6,440 is-sewwieqa li l-pulizija, il-gwardjani lokali u uffiċjali ta’ Transport Malta qabdu jużaw it-telefon ċellulari waqt li kienu qed isuqu u ngħataw ċitazzjoni.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal fi tweġiba għal mistqsija ta’ Anthony Agius Decelis li l-liġi l-ġdida dwar l-użu tal-mobile daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu ta’ din is-sena.
Minn dakinhar sa l-aħħar ta’ Novembru, il-pulizija ħarrku 3,037 sewwieq, il-gwardjani lokali 2,955 u Transport Malta 448.