Bejn Ottubru 2011 u Diċembru tas-sena l-oħra kien hemm 6,430 każ ta’ divorzju u separazzjoni.
Meta wieġeb mistoqsijiet tal-membru parlamentari Nazzjonaliosta Chris Said, il-Ministru Bonnici qal li kien hemm 1,864 każ ta’ divorzju f’Malta u 72 f’Għawdex. Il-każi ta’ separazzjoni fl-istess perijodu kienu ta’ 4,174 f’Malta u 320 f’Għawdex.
Huwa qal li l-każi ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati ta’ Malta u Għawdex minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li introduċiet id-divorzju f’pajjiżna sal-aħħar tal-2016 huma hekk:
Sena | Malta
| Għawdex
|
Minn Ottubru sa Diċembru 2011 | 42 | 2 |
2012 | 432 | 18 |
2013 | 349 | 11 |
2014 | 320 | 7 |
2015 | 354 | 22 |
2016 | 367 | 12 |
Total | 1864 | 72 |
Is-separazzjonijiet kienu hekk:
Sena | Malta | Għawdex |
Minn Ottubru sa Diċembru 2011 | 42 | 21 |
2012 | 713 | 57 |
2013 | 790 | 56 |
2014 | 833 | 60 |
2015 | 911 | 64 |
2016 | 885 | 62 |
Total | 4174 | 320 |
Dawn il-figuri jirreferu kumplessivament għal kawżi deċiżi kif ukoll għal digrieti li bihom il-partijiet ġew awtorizzati jersqu fuq kuntratt ta’ separazzjoni personali.