Bħal-lum 64 sena, il-ħaddiema Maltin ħarġu jipprotestaw kontra l-ħakma tal-barrani.
Fit-28 ta’ April, il-General Workers’ Union iddikjarat strajk ġenerali wara s-sensji mill-Gvern Ingliż.
Ftit qabel dawn l-irvellijiet, fil-Parlament Malti għaddiet ir-riżoluzzjoni ‘Break with Britain’ – il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Dom Mintoff ried l-Indipendenza.
Is-sensji mill-Gvern Ingliż wasslu biex, ftit jiem qabel dawn l-irvellijiet, il-Gvern Laburista irriżenja.
Bħal-lum 64 sena, il-ħaddiema ħarġu jipprotestaw fit-toroq, bil-pulizija mmexxija mill-Ingliżi joħorġu jikkontrollaw lin-nies mgħaddbin.
Kien qam l-inkwiet f’Raħal Ġdid u fil-Marsa, bl-agħar episodju jseħħ fit-telgħa ta’ Kordin. Bosta kienu ġew arrestati.