Illum qed jitfakkar it-63 anniversarju minn meta ġġarraf ajruplan fl-ajruport ta’ Munich li kien qed iġorr 44 persuna.
L-ajruplan tal-British European Airways li kien għaddej b’titjira numru 609 ġġarraf fl-ajruport ta’ Munich wara li waqaf biex jieħu l-fjuwil.
F’dan l-inċident tilfu ħajjithom 23 ruħ, fosthom tmien plejers ta’ Manchester United u tliet uffiċjali tal-klabb.
Intant, illum qabel tibda l-lobgħa bejn Manchester United u Everton se ssir minuta silenzju b’ġieħ dawk li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident.