Bomba tħalli 63 persuna mejta u aktar minn 180 oħra midruba. Skont xhieda fuq il-post qalu li persuna splodiet bomba bħala attakk suwiċida waqt li kien għaddej tieġ f’sala fil-kapitali Afgana, Kabul.
L-isplużjoni seħħet għall-ħabta ta’ nofsilejl neqsin għoxrin ħin lokali f’żona fil-Punent tal-belt li fiha jgħixu popolazzjoni kbira ta’ Musulmani Xiti. Militanti Sunni kemm it-Talibani kif ukoll l-Istat Iżlamiku attakkaw diversi drabi l-minoritajiet tax-Shia Hazara fl-Afganistan u l-Pakistan. Izda, t-Talibani ċaħdu li kienu l-moħħ wara dan l-attakk, filwaqt li s’issa ebda grupp ieħor ma qal li kien hu li wettaq dan il-massakru.
Dan l-attakk sar għaxart ijiem wara li t-Talibani kienu l-moħħ wara l-bomba li splodiet barra għassa tal-Pulizija f’Kabul u li ħalliet 14-il persuna mejta u kważi 150 oħra midruba.
Ritratt: EPA