F’identity Malta fl-ewwel tlett xhur saru 62,000 riċerka.
Meta mqabbel ma’ Jannar sa Marzu tas-sena li għaddiet kien hemm 7,300 riċerka aktar.
Riċerki li jsiru minn Identity Malta meta persuni jixtru propjetà.
Dan tħabbar dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet mis-segretarju parlamentari Julia Farrugia.
Aktar minn hekk, tħabbar ukoll li faxxikli; kotba tar-riċerka tal-postijiet f’Għawdex , li jmorru lura mill-1902, ġew irrestawrati u ingħaddu lura lill-Ministru ta’ Għawdex fejn il-Ministru Justyne Caruana għaddiethom lir-reġistru pubbliku ta’ Għawdex.
Dan huwa investiment ta’ sitt elef ewro.