Tnejn u sittin tarbija ġdida llum jinsabu għand familji Maltin, grazzi għall-passi li ħa dan il-Gvern biex jemenda l-liġi dwar l-IVF. Dawn huma ħajjiet ġodda, Maltin ġodda. Huma familji li permezz tax-xjenza għandhom wild. Ilbieraħ fl-Imqabba l-Prim Ministru kkommetti ruħu li mmexxi ‘l quddiem aktar l-avvanzi f’din il-liġi. “Dak id-dover tagħna, ngħinuhom lil dawn in-nies. Permezz tax-xjenza, irridu naħsbu fil-minoranzi” qal Muscat.
Differenza kbira mill-Partit Nazzjonalista, li biex ma javvanzawx fil-ligi tal-IVF reġgħu ivvintaw li se jidħol l-abort. Partit li meta kien fil-Gvern, kellu l-apparat kollu neċessarju għall-IVF, iżda ħallieh jiżdinga tant li kellu jinbidel. Fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista, il-ġinekologu Mark Sant kien prova jitkellem max-shadow minister tas-saħħa, imma din ma ndenjatx ruħha tattendi. Jiġifieri meta jiġu għall-ħtiġijiet tal-individwi, mhux se jaraw l-interess tal-minoranzi, imma se jgħoddu l-voti. U dan mhux tajjeb għas-soċjetà tagħna.