Tnejn u sittin sena ilu, nhar is-26 ta’ Lulju 1962, ħalla din id-dinja l-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca.
San Ġorġ laħaq saċerdot fl-1906 u l-ewwel quddiesa tiegħu mexxiha fil-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun fejn iddedika ħajtu jgħallem liż-żgħażagħ.
Il-legat ta’ San Ġorġ Preca għadu ħaj sal-lum il-ġurnata permezz tas-soċjetà tal-MUSEUM, li hu beda f’pajjiżna sakemm infirxet f’pajjiżi oħrajn, inkluż fl-Awstralja, l-Albanija, ir-Renju Unit, il-Polonja, il-Perù u Kuba.
Il-funeral tal-qaddis Malti kien sar jumejn wara mewtu, nhar is-Sibt 28 ta’ Lulju, b’quddiesa funebri fl-istess Knisja ta’ Gejtanu, li kienet maħnuqa bin-nies.