Kienu 61 il-persuni li bidlu l-ġeneru wara l-bidla fil-liġi approvata fl-2015. B’din il-liġi Malta kienet l-ewwel pajjiż li daħlet liġi li tat id-dritt lill-persuni trans-ġender imorru jibdlu s-sess fuq il-karta tal-identità mingħajr ma jagħmlu l-operazzjoni.
Din il-liġi kienet segwiet il-każ ta’ Joanne Cassar li saħansitra kellha tieħu l-każ tagħha fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem wara li l-awtoritajiet Maltin kienu ċaħduha milli tiżżewweġ. Mal bidla fil-gvern il-każ waqa’ filwaqt li kif imwiegħed saru l-bidliet fil-liġi li skont kif jirriżulta mill-istatistika qed iħallu effett pożittiv fil-ħajja ta’ diversi persuni.