Fi tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, intqal li b’kollox kien hemm 604 studenti li fallew l-iskola b’mod regolari u mingħajr awtorizzazzjoni.
Fost il-miżuri li qed jittieħdu hemm dak ta’ moniteraġġ aħjar tal-attendenza, il-ġbir ta’ iktar tagħrif u iktar għarfien mill-prinċipali tal-iskejjel.
Iżda hemm ukoll pjan t’ azzjoni li ttieħed biex ikun indirizzat l-assenteiżmu, li minnu nnifsu wassal għal ħolqien ta’ numru ta’ programmi, li l-iskop tagħhom kien biex l-istudenti ma jintilfux mid-dinja akkademika.
Id-Direttur tas-Servizzi tal-Appoġġ fl-Iskejjel Nazzjonali Sandra Cortis irrimarkat kif apparti l-programmi, sar emfasi wkoll fuq is-servizzi neushom.