Matul l-2015, u fl-ewwel erba’ xhur tal-2016, ġew ingaġġati 603 infermiera u tabib ġdid fis-servizzi tas-saħħa tal-Gvern.
Għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Claudette Buttigieg, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, qalli matul l-2015, il-gvern ingaġġa 120 tabib waqt li matul din is-sena, diġà ġew ingaġġati 116.
Il-Ministru Fearne qal ukoll li mill-2015 sa April ta’ din is-sena, ġew ingaġġati 367 infermiera. Dan minbarra l-ammonti ta’ nurses u tobba li se jkunu qed jiggradwaw mill-Università ta’ Malta fil-ġimgħat li ġejjin.