Sitt elef persuna f’Malta tbati bid-diżordni bipolari.
Dan ifisser li jesperjenzaw burdati li jistgħu jdumu ġimgħat jew xhur. (MIL_LINK)
Il-burdata tista’ tkun dipressiva b’sentimenti ta’ swied il-qalb, burdata manika jiġifieri b’sentimenti ta’ ferħ esaġerat jew inkella mħallta.
Fil-jum li tfakkar il-jum dinji tal-bipolari, l-għaqda non-governattiva BePositive tellgħet attivita’ ta’ għarfien fil-Belt Valletta. Kien spjegat kif adult wieħed minn kull mija jbati minn din il-kundizzjoni f’xi mument f’ħajtu.
Albert McCarthy li ilu għoxrin sena bipolari, fissrilna wħud mis-sentimenti li kien iħoss fosthom li xi drabi ma kien iqis xejn u jieħu riskji kbar.