Minn tal-inqas sitt mitt persuna għadhom nieqsa wara li valanga u għargħar qerdu partijiet minn Freetown, il-kapitali ta’ Sierra Leone.
Il-President Ernest Bai Koroma appella għall-għajnuna urġenti, hekk kif sostna li kommunitajiet sħaħ inqerdu.
Madwar erba mitt persuna kienu kkonfermati mejta b’konsegwenza tal-valanga li seħħet fiż-żona Regent u għargħar f’postijiet oħra f’Freetown fil-jum tat-Tnejn.
Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar avżat li kienet ġirja kontra l-ħin biex jinstabu dawk li setgħu salvaw.
Matul-il-jum tal-Erbgħa se ssir difna kbira biex jerġa’ jkun hemm l-ispazju fil-kmamar mortwarji.