Sitt mitt persuna tilfu ħajjithom u eluf oħra spiċċaw feruti kawża tal-attakki sparati minn Gaza lejn Iżrael.
Dan l-attakk kien wieħed sorpriża hekk kif reġa’ skatta l-ġlied bejn il-Hamas u l-forzi Iżraeljani.
Il-Kabinett għas-Sigurtà tal-Iżrael iddikkjara li l-pajjiż jinsab fi gwerra biex b’hekk ġie awtorizzat il-poter li jittieħdu passi militari sinifikattivi,.
Il-President Iżraeljan, Benjamin Netanyahu għamel dikjarazzjoni simili fuq il-midja soċjali qabel tlaqqa’ l-kabinett.
Fil-fatt, l-Iżrael irritalja għall-attakki tas-Sibt filgħodu billi spara numru ta’ rokits lejn Gaza sigħat wara t-twissijiet li għamel l-istess Netanyahu lir-residenti ta’ Gaza biex jevakwaw ruħhom. Hu stqarr ukoll li Iżrael se jkun qed jirritalja billi juża l-forza kullimkien.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Netanyahu mhux biss stqarr li l-attakki fuq l-Iżrael fissru bidu għal gwerra brutali iżda qal li l-Iżrael se jkun qiegħed jattakka l-postijiet minn fejn qegħdin jaħdmu l-Hamas.
Dawn l-iżviluppi fil-Lvant Nofsani ġabu wkoll ir-reazzjoni ta’ diversi mexxejja internazzjonali fosthom mill-Punent. Fil-fatt, il-President Amerikan Joe Biden, f’konferenza tal-aħbarijiet mas-Segretarju tal-Istat, Anthony Blinken, iddikkjara appoġġ mingħajr kundizzjoni lill-Iżrael. Mal-istess sentiment, ingħaqdet il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen li ddeskriviet l-attakk bħala wieħed terroristiku li ma jagħmilx sens u li l-Iżrael għandu kull dritt li jiddefendi lilu nnifsu.
Madanakollu, fit-Turkija eluf esprimew l-appoġġ tagħhom favur il-militanti tal-Hamas, l-istess ġara f’dimostrazzjonijiet simili fil-Yemen, Bejrut, il-Lebanon u fl-Iran.