Sittin persuna nqatlu wara wara għarar li ħakem iż-żoni tal-punent fil-Ġappun.
Għexieren oħra għadhom irrapurtati nieqsa filwaqt li mijiet ta’ djar ġarrbu ħsarat.
Mal-miljun u ħames mitt elf persuna ġew ordnati jevakwaw djarhom.
L-Awtoritajiet qalu li potenzjalment din tista’ tkun meqjusa bħala l-agħar diżastru tat-temp li l-Ġappun ra f’deċenji.
Il-prim ministru, Shinzo Abe qal li l-awtoritajiet jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw u jevakwaw il-persuni.
Mhux eskluż li fil-jiem li ġejjin, il-pajjiż jintlaqat minn aktar maltemp.