Bil-għan li tkun imfakkra s-sittin sena mit-twaqqif tas-servizz tas-sigurtà soċjali f’pajjiżna, ġie ppubblikat fuljett dwar l-istorja ta’ dan is-servizz.
L-ewwel servizz tas-sigurtà soċjali ra l-bidu tiegħu fl-1956 taħt amministrazzjoni mmexxijja mill-Perit Dom Mintoff. Il-pubblikazzjoni kienet riżultat ta’ ħidma konġunta mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jagħti dettalji dwar kif bdew is-servizzi li jsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin.