Kien it-23 ta’ Awwissu 1960, eżattament sittin sena ilu meta seħħ id-delitt li xxokkja lill-pajjiżna, dak ta’ Twannie Aquilina.
It-tfajjel ta’ 7 snin inqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina fid-dar fejn kien joqgħod fi Triq San Duminku fil-Belt Valletta.
Kien għall-ħabta tat-7:45 ta’ filgħaxija, x’ħin il-pulizija saret taf li Twannie kien waqa’ u weġġa’, fejn kien mimli dmija. Iżda fuq il-post, il-pulizija sabu xena makabra, hekk kif it-tifel instab f’għadira demm b’rasu kważi mħanxra.
Dan id-delitt għadu misteru sal-lum il-ġurnata, għalkemm ommu Ġiġa Camilleri weħlet il-piena għall-mewt. B’din is-sentenza nbidlet għal għomorha l-ħabs, iżda ħarġet libera għaxar snin wara. Filwaqt li r-raġel ta’ Ġiġa, Leli weħel għoxrin sena ħabs.