60 persuna inqatlu fis-Sudan wara li forzi militari fil-pajjiż infexxew f’attakki vjolenti. Hu mifhum li dawn il-persuni huma ġejjin minn għaqda Parlamentari Sudaniża, li issa qed taffaċċja kundanna wara oħra mill-mexxejja dinjija ta’ dan l-aġit barbaru.
In-numru ta’ persuni mejta mistenni jiżdied hekk kif il-forzi tas-sigurtà fil-pajjiż għadhom għaddejjin b’operazzjoni ta’ salvataġġ. Dan wara li jumejn ilu l-istess għaqda fetħet in-nar fuq numru numru ta’ persuni li ma kinux armati.
Intant, sforzi mill-Gvern Ingliż u dak Ġermaniż biex isejħu għall-għajnuna mill-Ġnus Magħquda spiċċaw imfixkla miċ-Ċina u mir-Russja, u għalhekk, s’issa ma nstabet l-ebda soluzzjoni għall-kwistjoni fis-Sudan.