L-għargħar li ħakem partijiet fil-Brażil kawża tal-ammont kbir ta’ xita li niżlet fl-aħħar jiem, wasslet biex in-numru ta’ vittmi telgħu għal sittin persuna.
Dan filwaqt li mal-erbgħa u sebgħin persuna oħra huma rrappurtati nieqsa lill-awtoritajiet.
Dan l-għargħar wassal biex mal-ħamsa u għoxrin elf persuna tiġi evakwata minn darha.
Minn tal-inqas nofs miljun persuna jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku u aċċess għal ilma nadif, b’konsegwenza tal-ħsarat li ġarrbet l-infrastruttura fil-pajjiż, inkluż f’djar residenzjali.