Marzoq Abdelaziz mill-Marokk, tressaq il-qorti talli fil-5 ta’ April iffalsifika karta tal-identita u għamel użu minnha.
Huwa prova jidħol Ruma, wara li siefer mill-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Ir-raġel ried jitlaq minn Malta għax kellu xewqa li jmur il-Belgium. Minkejja li mal-pulizija esprima xewqa li jmur il-Marokk, lura pajjizu.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrieħ bil Maġistrat Rachel Montebello sabet lill-imputat ħati u ikkundantu sitt xhur ħabs.