Portugiż ta’ 39 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, weħel 6 xhur ħabs u multa ta’ €24,000 wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
L-akkużat kien għaddej mis-smigħ tal-kumpilazzjoni tax-xhieda wara li ġie akkużat li ttanta u abbuża sesswalment lil eks-sieħba tiegħu.
Iżda għalkemm il-Portugiż inħeles mill-arrest bil-kundizzjoni li jirritorna d-dar kuljum fid-9pm, huwa deher fuq filmati tal-kameras tas-sigurta jiddeverti ġewwa stabbiliment f’Paceville.
Il-Portugiż ammetta l-aħħar akkużi miġjuba kontrih u kien hawn li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundanatu sitt xhur priġunerija.