Richard Attard li fl-2014 kien weħel sentejn u nofs ħabs u multa kellu s-sentenza mnaqqsa għal 6 xhur ħabs.
Huwa kien qed jiġi akkużat li fl-2007 kellu fil-pussess tiegħu l-kokaina mingħajr awtorizzazzjoni.
Il-Qorti qalet li qed tieħu in konsiderazzjoni l-fedina penali tal-akkużat, il-marda tiegħu u l-progress li sar.
L-imħallef Antonio Mizzi nnota li l-ewwel Qorti ma kkonsidratx li l-akkużat kien għen b’mod konkret lill-pulizija sabiex jitkisser ċirku ta’ kriminalita fil-kamp tad-droga.
Ġie meqjus ukoll li mill-2007 lil hawn l-akkużat irriforma ruħu.
Il-Qorti naqsietlu s-sentenza għal 6 xhur ħabs filwaqt li mponiet multa ta’ €2,000.