Xharije Morina, mara ta’ 32 sena mill-Albanija ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għall-sena wara li kienet akkużata li ffallsifikat u għamlet użu minn dokumenti foloz.
Preżenti fil-Qorti maż-żewġt uliedha, Morina ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha bil-prosekuzzjoni tisħaq li l-akkużata kkoperat b’mod assolut mal-Pulizija.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli semgħet kif l-akkużata ffabbrikat tlett dokumenti foloz, u għamlet użu minnhom.
Wara li kkunsidrat iċ-ċirkustanzi kollha tal-każ iddikjarat li sabet lil Morina ħatja u kkundannata 6 xhur ħabs sospiżi għall sena.