Il-kumitat tal-armar ta’ San Pawl f’Ħal Safi qed itellgħu 6 wirjiet marbuta mal-Passjoni ta’ Ġesu Kristu ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali Misraħ San Ġużepp f”Ħal Safi. L-esebizzjoni se tiftaħ fit-12 t’ April u tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa l-Kbira.
Fil-Wirja wieħed jista’ jara sett ta’ statwi ta’ Spanja. Sett maħdum minn Ġorġ Buttiġieġ, magħruf tal-Bambini f’Ħal Lija. Sett ieħor minn Nazzareno Gauci fuq il-purċissjoni ta’ Bormla u sett ieħor magħmul min Salvu Bonello fuq il-purċissjoni tal-Isla.
Dawn it-tlett settijiet huma lkoll maħdumin Malta. Bħala parti minn din il-wirja hemm ukoll kollezzjoni ta pitturi marbuta mal-Passjoni ta’ Kristu, xogħol l-artista Fracella Pace Agius. Il-qofol tal-wirja hija l-mejda tal Appostli fuq still Lhudi.
Fiha naraw xbiha ta Kristu flimkien mas-simboli l-aktar importanti marbuta mal-Ikla Seder.