Matul il-lejl li għadda, sitt scammels li kienu pparkjati fil-Manikata u fl-Imtarfa, ingħataw in-nar.
Kien għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ bil-lejl li daħal l-ewwel rapport, li fi Triq Alessi fl-Imtarfa, kienu qed jinħarqu żewġ scammels li kienu pparkjati.
Madwar nofs siegħa wara, għall-ħabta tat-tlieta, daħal rapport ieħor li fi Triq il-Mellieħa fil-Manikata, kienu qed jinħarqu erba’ scammels oħra li kienu pparkjati.
Fiż-żewġ każi marru mill-ewwel pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
L-iscammels kollha li nħarqu huma tal-għamla Dennis.
Ħadd ma weġġa’ fiż-żewġ każijiet.
Dwar dan infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Leonard Caruana u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.