Sitt persuni li l-età tagħhom tvarja bejn is-16 u t-23 sena ġew arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax tal-Ħadd filgħaxija fi Triq it-Tliet Ibliet, f’Bormla.
Fil-karozza nstabet ukoll għodda li tintuża għal diversi affarijiet fil-basket ta’ ġuvni ta’ sittax-il sena. Irriżulta wkoll li x-xufier ta’ wieħed u għoxrin sena kien qiegħed isuq b’liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni li ma kinux validi.
Dan l-arrest sar wara ħidma li saret mill-membri tar-Rapid Intervention Unit, hekk kif innutaw il-persuni li kienu f’din il-karozza qed jaġixxu b’mod suspettuż.
Il-pulizija qalet li l-boroż bis-sustanza ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn irriżulta li kienu droga sintetika, kokaina, kannabis, eroina u crack.
Dwar din is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla u tar-RIU dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.