F’għeluq is-sejħa għall-proġett ta’ arja aktar nadifa fil-Port il-Kbir, l-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta ħabbret li rċeviet 6 offerti b’valur medju ta’ €40.6m
Permezz ta’ dan il-proġett il-Gvern qed jara li jnaqqas tunnellati kbar ta’ trab fl-arja li joħroġ miċ-ċmieni tal-cruise lines li jidħlu fil-Port il-Kbir. B’hekk fi żmien 3 snin qed ikun immirat li l-vapuri tal-passiġġieri, li ħafna minnhom jaħdmu bil-heavy fuel oil, jibdew jitfu l-magni waqt li jkunu mal-moll u jibdew jieħdu l-elettriku mill-art.
Fit-tnedija ta’ dan il-proġett il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg sostna l-importanza ta’ din l-inizjattiva mill-Gvern hekk kif studju li sar fl-2015 wera li kull vapur li jqatta’ tmien sigħat sorġut fil-port jitfa’ fl-arja aktar minn tunnellata ta’ dijossidu tan-nitroġenu. Spjega li dawn huma ekwivalent għal 300,000 karozza f’daqqa li jinstaqu minn tarf sa tarf ta’ pajjiżna.
B’hekk sostna li grazzi għal din il-ħidma, il-Port il-Kbir ser ikun wieħed mill-ewwel portijiet fl-Ewropa b’din it-teknoloġija għal ambjent aħjar.
Today @InfraMalta received 6 bids (average €40.6m) for 1st phase of #GHCAP, the Grand Harbour Clean Air Project. This investment will introduce #shorepower to cut over 90% of air pollution emitted by cruise liners & Ro-Ro ships when visiting #Malta. @followianborg @MaltaGov pic.twitter.com/jTTr5kFggI
— Fredrick Azzopardi (@F_Azzopardi) June 3, 2020