Minn tal-inqas 6 persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 28 persuna oħra għadhom mitlufin wara li l-lukanda li kienet qed tintuża bħala faċilità ta’ kwarantina għall-corona virus fil-belt Ċiniża ta’ Quanzhou, spiċċat ġebel u trab.
Membri tas-salvataġġ għadhom qed ifittxu fit-tifrik tal-lukanda li kien fiha 5 sulari.
S’issa ġew salvati 38 persuna minn 71 persuna maqbuda fit-tifrik.