Għat-tieni sena konsekuttiva reġgħet twettqet il-wegħda elettorali li jkun ippubblikat il-Governance Action on the NAO’s Annual Report 2015. Dan hekk kif 80% mir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, NAO, ġew implimentati.
Dan huwa proċess ċar ta’ serjetà u kontabbilità li sar kollu min naħa amministrattiva tas-servizz pubbliku u li juri x’sar mir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali dwar il-kontijiet pubbliċi tas-sena 2015.
Minn 320 rakkomandazzjoni tal-NAO, intlaqgħu 285 u li minnhom ġew implimentati madwar 80%. Dawn kienu jitrattaw nuqqasijiet relatati ma’ logbooks, nuqqasijiet ma’ inventarju u anke f’attendance sheets fost oħrajn.
B’hekk dan huwa turija ċara li qed tingħata widen għal dak li jgħid l-NAO b’kuntrarju għal dak li kien jiġri għal snin twal fil-passat fejn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jitħallew fuq l-ixkaffa.