Tul dawn l-aħħar sentejn u sal-aħħar tas-sena skolastika 2021/22, kien hemm 587 każ meta għalliema fi skejjel primarji u sekondarji tal-Gvern ġibdu l-attenzjoni tal-ġenituri biex jissuġġerulhom ikellmu tabib rigward problemi ta’ saħħa mentali fi wliedhom.
Din l-informazzjoni taha fil-Parlament il- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, fi tweġiba għal mistoqsija mill-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni, Ivan Bartolo.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI