58 rekluta daħlu fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan wara li temmew b’suċċess taħriġ militari ta’ għoxrin ġimgħa.
Sitta mit-58 rekluta huma nisa u ħamsa minnhom huma Għawdxin.
Dalgħodu, fil-Barracks ta’ Ħal Luqa saret iċ-ċerimonja tal-Passing Out Parade li mmarkat l-bidu tal-karriera tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-passing out parade kienet ippreseduta mill-Ministru għall-intern u sigurta Michael Farrugia.