Minn tal-inqas 58 persuna nqatlu u għexieren oħra sfaw midruba wara dak li huwa suspettat bħala attakk bl-użu tal-kimika fis-Sirja.
Qed jiġi irrapportat li dan l-attakk bl-użu ta’ kimika mill-ajru fuq Khan Sheikhoun sar mill-Gvern Sirjan jew minn dak Russu waslu biex dawk milquta jifgaw u b’konsegwenza tilfu ħajjithom.
Rapporti mhux uffiċjali qed jgħidu ukoll li ftit wara dan l-attakk, sar attakk ieħor din id-darba bl-użu ta’ splussivi fuq il-kliniċi li kienu qed jitrattaw il-pazjenti. Il-Gvern Sirjan ikkonferma li dan kien wieħed mill-agħar attakki bl-użu ta’ kimika minn meta bdiet il-gwerra ċivili fis-Sirja sitt snin ilu.