Sal-aħħar ta’ Mejju li għadda, kien hemm 572 raġel u 57 mara fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mistoqsi kemm minn dawn il-persuni kienu qed jiskontaw sentenza u kemm minnhom kienu qed jistennew proċess, il-Ministru wieġeb li kien hemm 261 b’arrest u 368 b’sentenza.