570 passiġġier inqabdu fuq vapur tal-linja Kaitaki barra Picton fi New Zealand, minħabba riħ qawwi li bħalissa għaddej fl-inħawi.
Skont rapporti minn fuq il-post, il-passiġġiera u membri tal-ekwipaġġ kienu maqbuda fuq il-vapur għal disa’ sigħat sħaħ qabel ma eventwalment daħal fil-port ta’ Picton.
Residenti tal-post li tkellmu mal-midja tal-lokal qalu li r-riħ li bħalissa għaddej hu l-aktar qawwi li qatt jiftakru.