Minn nhar it-Tnejn , 57 uffiċjal korrettiv ġdid se jibdew il-ħidma tagħhom fil-faċilità korettiva ta’ Kordin.
Is-sibt filgħodu ħadu l-ġurament tal-ħatra f’ċerimonja f’Forti Sant Iermu. Iċ-Ċerimonja saret wara li l-uffiċjali korrettivi segwew b’suċċess taħriġ intensiv ta’ sittax-il ġimgħa.
Disgħa mill-uffiċjali l-ġodda huma nisa. Filfatt l-aqwa reklutta hija Sarah Ann Camilleri li ingħatat premju ta’ rikonoxximent.
Iċ-ċerimonja saret fil-preżenza tal-Ministru għall-intern u sigurtà nazzjonali Michael Farrugia , li qassam iċ-ċertifikati lill-uffiċjali korrettivi l-ġodda. Il-Ministru semma kif il-viżjoni’l quddiem hija li tinbidel l-istruttura ta’ kif qed titmexxa l-Faċilità, ikun hemm aktar opportunitajiet għal min jaħdem hemm, u aktar dixxiplina għall-priġunieri.
Kompla jgħid li din il-viżjoni ħa twassal biex il-Faċilità tavvanza u titjieb. Huwa qal li aktar kemm il-ħaddiema tal-Faċilità jaħdmu flimkien, aktar ikun hemm lok biex din il-viżjoni tintlaħaq fi żmien qasir.
(Ir-rekluta Sarah-Ann Camilleri ngħatat il-premju tal-aqwa rekluta.)