one.com.mt jinsab infurmat li matul il-jum tal-Ħadd 56 xufier twaqqfu mill-Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku wara li nqabdu li kienu qed isuqu b’veloċità eċċessiva.
L-ogħla veloċità rreġistrata kienet dik ta’ 146 kilometru fis-siegħa.
Intant żewġ sewwieqa oħra kienu mmultati minħabba li għandhom il-ħġieġ tinted. Dan filwaqt li ngħataw 4 ċitazzjonijiet lil sewwieqa li kienu qed isuqu karozza mingħajr pjanċi ta’ reġistrazzjoni.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/19/ara-xufier-jinqabad-isuq-b146-kilometru-fis-siegha-fil-bypass-ta-san-pawl/