Minn tal-inqas sitta u ħamsin persuna nqatlet fi ġlieda għall-poter bejn l-armata Sudaniża u l-forza para-militari
Sparar u splużjonijiet instemgħu fil-belt kapitali Sudaniża Khartoum wara jiem ta’ tensjonijiet qawwija bejn il-forzi para-militari u l-armata tal-pajjiż, dwar proposta biex ikun hemm tranżizzjoni fejn is-setgħa tingħata lill-poplu.
Kemm il-forzi para-militari kif ukoll l-avversarji tagħha qalu li ħadu taħt idejhom il-kontroll tal-ajruport u siti ewlenin oħra f’Khartoum, fejn il-ġlied kompla matul il-lejl.
Wieħed mit-tobba li kien preżenti qal li ndarbu kważi sitt mitt persuna.
Residenti li tkellmu ma’ midja internazzjonali, BBC, qalu li ma bdewx jistennew dan kollu u b’konsegwenza ta’ hekk spiċċaw inqabdu fil-ġlied.