Mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-25 ta’ Ottubru tal-2017, kien hemm 5,517-il każ irrapportat ta’ vjolenza domestika.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, mill-Membru Parlamentari Glenn Bedingfield.
Farrugia spjega kif il-vjolenza domestika tvarja minn abbuż psikoloġiku, b’2,441 rapport, u abbuż fiżiku, b’2,602 rapport.
Ir-rapporti jvarjaw minn stalking u fastidju għal abbuż psikoloġiku u fiżiku. Il-Ministru spjega kif meta jkun hemm ksur ta’ liġi, l-individwu nvolut dejjem tressaq il-Qorti.