Nirien qawwija li ħakmu lil Hawaii b’sorpriża qatlu ħamsa u ħamsin persuna b’mijiet oħra rapurtati nieqsa, fl-akbar numru ta’ vittmi minn nirien qawwija fl-Istati Uniti.
Dan hekk kif is-sireni tal-emerġenza fil-post fallew milli jaħdmu bir-residenti jinqabdu fuq sieq waħda.
Il-President Amerikan Joe Biden, iddikkjara dawn in-nirien bħala diżastru, li fost l-oħrajn ħalla diversi djar u negozji maħruqa b’saħansitra xi dgħajjes jieħdu n-nar ukoll.
Il-gvernatur tal-istat, Josh Green stqarr li l-ħsarat mġarrba mistennija li jieħdu diversi snin biex jissewwew.
S’issa qiegħed ikun stmat li kważi ħmistax-il elf turist evakwaw l-inħawi filwaqt li mal-ħdax-il elf residenti jinsabu mingħajr provvista ta’ dawl kawża tan-nirien li kienu kkawża minn sħanat qawwija li bħalissa qegħdin jaħkmu l-Amerka ta’ Fuq.