Madwar 54,000 persuna ġew evakwata mill-belt ta’ Brindisi, fin-nofsinhar tal-Italja matul il-ġurnata tal-Ħadd. Dan sabiex l-esperti jitneħħa kull periklu minn bomba li hija maħsuba li ntefgħet fit-Tieni Gwerra Dinjija.
L-awtoritajiet Taljani qal li din il-bomba ntegħfet mill-Ingliżi u waqgħet f’din il-belt fl-1941. Il-bomba nstabet b’kumbinazzjoni waqt xogħol ta’ kostruzzjoni li qed isir f’ċinema.
L-ajruport, l-istazzjon tal-ferrovija, żewġ sptarijiet u l-ħabs ingħalqu bħala parti minn din l-operazzjoni.
L-awtoritajiet Taljani qalu li l-isplussiv tneħħa kompletament fis-siegħa ta’ wara nofsinhar.
Din l-operazzjoni kienet l-akbar waħda li saret fl-Italja mit-Tieni Gwerra Dinjija l’hawn.