F’ċerimonja uffiċjali fl-akkademja f’Ta’ Kandja, għadhom kemm ħadu l-ġurament tal-ħatra 54 rekluta, li issa se jiskattaw b’ħidmithom bħala Uffiċjali Korrettivi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela, l-amministrazzjoni tal-Ħabs, u l-familjari tagħhom, ħalfu li jsegwu l-ordni u r-regolamenti tal-Faċilità skont dak li titlob il-liġi.
Ingħataw ukoll ġieħ rekluti li matul ix-xhur ta’ ħidma intensiva tagħhom, spikkaw fit-taħriġ fiżiku u fis-suġġetti akademiċi.