54% tal-qarrejja ta’ dan is-sit jemmnu li żagħażagħ ta’ 16-il sena m’għanhdomx jivvotaw f’elezzjoni ġenerali, filwaqt li 43% jemmnu li dawn għandhom jivvotaw.
Din kienet mistoqsija li għamilna fid-dawl li l-Gvern se jkun qed iniedi konsultazzjoni dwar jekk dawn iż-żgħażagħ għandhomx jivvotaw f’elezzjoni ġenerali wkoll.
Li ż-żgħażagħ għandhom jivvotaw minn din l-età fl-adoloxxenza kienet wiegħda ta’ Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni. Imbagħad daħlet fis-seħħ wara l-bidla fil-Gvern u bdiet mill-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Ftit wara li dan l-esperiment irnexxa, Joseph Muscat qal li jikkunsidra li din is-sistema tkun fl-elezzjoni ġenerali wkoll.
Il-Gvern mistenni jħabbar din il-mizura mill-baġit li jmiss, biex tkun għal konsultazzjoni.
Fost okkażjonijiet oħra kien fi 8 ta’ April tas-sena li għaddiet li quddiem folla ta’ żgħażagħ Joseph Muscat qal li l-vot għal dawk ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet lokali kien biss l-ewwel pass.
Fost il-qarrejja tagħna, 35 persuna qalu li għandhom mhux deċiżi fuq is-suġġett.