L-applikazzjonijiet li tressqu quddiem il-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem żdiedu b’aktar minn 30% fl-2016 meta kkumparat mal-2015.
Ir-rapport ippublikat mill-Qorti Ewropea jgħid li l-applikazzjonijiet żdiedu wara l-kolp ta’ stat li falla fit-Turkija s-Sajf li għadda, hekk kif il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet saru propju minn nies li jgħixu fit-Turkija.
In-numru ta’ applikazzjonijiet dwar drittijiet tal-bniedem żdiedu b’aktar minn 53,000 meta mqabbel mal-2015, hekk kif n-numru ta’ rapporti li saru fl-2015 kienu anqas minn dawk li saru fi snin preċedenti u għalhekk ifisser li x-xogħol fil-Qorti żdied matul l-2016.
Saru ukoll numru kbir ta’ applikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabs fl-Ungerija u r-Rumanija.